Offices - Malta Public Transport

L-Uffiċċji tal-Bejgħ, Informazzjoni u l-Vened tagħna

Għandna Uffiċċji tas-Sales and Information fil-Venda tal-Belt, ix-Xatt Tas-Sliema, fl-Arrivals Lounge tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fir-reception area tal-Isptar Mater Dei, fil-Venda ta’ Buġibba u fil-Venda tar-Rabat, Għawdex.

Filwaqt li ħafna mill-informazzjoni dwar is-servizzi tagħna hi disponibbli onlajn, il-Customer Service Agents tagħna fl-Uffiċċji Sales and Information jinsabu għad-disposizzjoni tiegħek għal kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollok u biex jagħtuk l-informazzjoni kollha li tista’ teħtieġ dwar is-servizz tal-karozzi tal-linja. Tista’ wkoll tittoppja t-tallinja card tiegħek jew tixtri Explore card jew 12 Single Day Journey card.

PostĦinijiet tal-Ftuħ (Mit-Tnejn sal-Ġimgħa)
Il-Venda tal-Belt (ħdejn Żona A1) 06:00 to 17:30
Ix-Xatt ta’ Tas-Sliema ħdejn il-waqfa Ferries 2 07:00 to 18:30
L-ajruport Internazzjonali ta’ Malta (fl-Arrivals Lounge) 06:00 to 22:30
L-Isptar Mater Dei (fir-reception area) 07:00 to 19:00
Il-Venda ta’ Buġibba 06:00 to 17:30
Il-Venda tar-Rabat, Għawdex 07:00 to 17:00

Vened tal-karozzi tal-linja

Il-Venda tal-Belt:

Il-Venda tal-Belt hi aċċessibbli mid-daħla ewlenija tal-Belt kif ukoll min-naħa ta’ Pjazza Kastilja.

  • Żona A għar-rotot 1 sa 4, 71 sa 74, 80 sa 88, 90 sa 94, 122, 130 sa 133 u X4
  • Żona B għar-rotot 13 sa 16, 21 sa 24, 31 u 32, u 41 sa 49
  • Żona C għar-rotot 50 sa 58 u 61 sa 64

Il-passiġġieri huma mħeġġa li jsegwu s-sinjali fil-Venda tal-Belt.

Agħfas hawn biex tniżżel mappa tal-Venda tal-Belt.

Il-Venda ta’ Buġibba:

Il-Venda ta’ Buġibba tinsab fi Triq it-Turisti, wara l-lukanda Dolmen.  

Il-Venda tal-Marsa:

Il-Venda tal-Marsa tinsab ftit ‘il bogħod minn Triq it-Tiġrija, qrib tal-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa.  

Il-Venda tar-Rabat, Għawdex:

Il-Venda tar-Rabat, Għawdex tinsab ir-Rabat, il-belt kapitali ta’ Għawdex, fi Triq Taħt Putirjal kantuniera ma’ Triq Giorgio Borg Olivier.

L-Interchange tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta:

L-Interchange tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tinsab ftit ‘il bogħod mid-Departures Hall.

L-Interchange tal-Port taċ-Ċirkewwa:

L-Interchange tal-Port taċ-Ċirkewwa tinsab fuq in-naħa tax-xellug tal-Venda.