Malta Public Transport

Valletta Card

Il-belt kapitali ta’ Malta hija tassew ġawra storika. Bil-Valletta Card issa tista’ faċilment tivvjaġġa minn u lejn Valletta filwaqt li tesplora s-siti kulturali uniċi li huma preżenti.

Bil-Valletta Card, tista’ tivvjaġġa bil-karozza tal-linja lejn Valletta minn kwalunkwe post f’Malta u tista’ wkoll tivvjaġġa lura. Il-Card tinkludi żewġ vjaġġi fuq il-ferry service li jista’ jintuża sabiex tivvjaġġa lejn Valletta minn Sliema u minn Cospicua, u lura. Tista’ ukoll tivvjaġġa madwar Valletta permezz tal-karozza tal-linja Route 133 – The Valletta Circular. Il-Card tinkludi wkoll aċċess b’xejn għal-lift tal-Barrakka ta’ Fuq meta tkun qed tivvjaġġa bil-lanċa lejn Cospicua.

Bil-Valletta Card tista’ iżżur tlieta minn The Palace State Rooms, The Palace Armoury, The National Musuem of Archaeology u Malta 5D. Kemm jekk tixtieq iżżur il-Palazz tal-President li jinsab fil-qalba tal-belt kapitali Maltija, tosserva waħda mill-akbar kollezzjonijiet tal-armi u l-armaturi, tara għażla spettakolari ta’ oġġetti miż-żmien Neolitiku Malti sal-perijodu tal-Feniċi jew tiskopri 7,000 sena ta’ storja grazzi għal esperjenza awdjo-viżiva huwa kompletament f’idejk!

Il-Valletta Card ser tkun valida għal 24 siegħa mill-ewwel darba li ntużat. Għandek tivvalida il-Card kull darba li titla’ fuq il-karozza tal-linja jew tuża kwalunkwe servizz ieħor.

Għal-lista sħiħa tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-Valletta Card tista’ iżżur publictransport.com.mt.