Bus & Card Ticketing - Malta Public Transport

Kards u Biljetti

Biljetti mixtrija minn fuq tal-linja

Tickets

Xitwa

€1.50
Tickets

Sajf

€2.00
Tickets

Servizz bil-lejl

€3.00

Biljetti jistgħu jinxtraw mingħand ix-xufiera tagħna fuq il-karozzi tal-linja kollha. Dawn il-Cash Tickets huma biljetti ta’ Vjaġġ Wieħed li jistgħu jintużaw minn kwalunkwe post sad-destinazzjoni finali, sa massimum ta’ sagħtejn, u jinkludu l-bidliet ta’ waqt il-vjaġġ jekk ikunu meħtieġa. Il-biljett ma jistax jintuża għar-ritorn bl-istess vjaġġ. Ir-rati jvarjaw bejn ix xhur tas-sajf u tax-xitwa.


Tista’ wkoll tagħżel waħda minn tal-tallinja cards tagħna. Hemm firxa ta’ tallinja cards li joffru valur miżjud u nollijiet imnaqqsa biex jaqdu l-ħtiġijiet tiegħek, skont l-esiġenzi tiegħek tal-ivvjaġġar.

tallinja card

Tallinja card personalizzata

Passiġġieri regolari jistgħu jagħżlu li jirreġistraw għall-tallinja card personalizzata. Din toffri nollijiet imraħħsa u l-possibbiltà li tittoppja l-card b’aktar kreditu. Ammont minimu tat-top up u tariffi tal-card japplikaw.

Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok agħfas hawn.

Explore Plus Card (€39)

tallinja card

Discover the Maltese islands with the Explore Plus travel card, which gives you added value on your holiday.

With over 2,000 bus stops strategically located all over the islands, travelling by bus has never been easier or more convenient. With the new Explore Plus travel card, you get 7 days of unlimited travel on public transport, including direct services from the airport and to various beaches.

No visit to Malta would be complete without a trip to Valletta, which is also accessible by a ferry on either side of the picturesque harbours surrounding the capital city. With the new Explore Plus travel card, you get 2 trips on the Valletta ferry, where you can admire the spectacular bastions rising from the clear blue sea.

Sightseeing options are also included in your Explore Plus travel card. A full-day tour on the hop-on, hop-off buses visiting Malta’s landmarks is ideal for those would like to learn more about the island, with audio guides available in different languages. Those who would like to enjoy more of the sea can also take a boat trip to Comino, home of the Blue Lagoon. With the new Explore Plus travel card, you can choose either one of these options, which will make your holiday complete.

The card is valid for seven days of travel from the first day the card is validated.

Explore (Adulti €21/ Tfal €15)  - 7 jiem vjaġġar bla limitu

Explore Card

B’ivvjaġġar bla limitu, is-7-Day Explore Card toffri l-aqwa valur għal kull min jixtieq jesplora l-gżejjer tagħna. Tista’ tmur fis-siti kollha ta’ interess f’Malta, fi kwalunkwe parti ta’ Malta u Għawdex. Tista’ titla’ u tinżel xħin trid, kemm-il darba trid, u fi kwalunkwe ħin. Din il-card hi valida għall-ivvjaġġar b’servizz ta’ binhar u ta’ billejl. Għalhekk jekk trid tqatta’ ftit tal-ħin fuq il-bajja, iżżur Ħaġar Qim, jew tmur xi festa tar-raħal, din il-card se toffrilek vjaġġar illimitat, f’kull ħin tal-ġurnata.

Din il-card hi valida għal sebat ijiem ta’ vjaġġar mingħajr limitu li jibdew mill-ewwel jum u ħin li tivvalida din il-card fuq il-karozza tal-linja. Hemm card għall-adulti u oħra għat-tfal. Il-card ma tistax tissellef lil persuni oħra.

Din il-card tista’ tinxtara mill-Uffiċċji tas-Sales and Information tagħna u minn ħwienet ewlenin oħra, u tista’ tintuża mal-ewwel.

Għafas hawn għal aktar informazzjoni dwar minn fejn tista’ tixtri l-Explore Card.

12 Single Day Journeys (€15)

Explore Card

It-12 Journey Card tagħna hu mod ieħor faċli u vantaġġuż biex tivvjaġġa madwar Malta u Għawdex. Perfetta għal dawk kollha li jużaw il-karozzi tal-linja kull tant żmien, din il-card tista’ tissellef lil persuni oħra u hi valida għal sena. Qed tippjana jum il-baħar mal-familja? Ixtri 12 Single Day Journeys card tagħna u tingħata 12-il vjaġġi x’tuża mal-familja kollha. Għandek bżonn tivvjaġġa bejn laqgħa u oħra, jew għal xi laqgħa? Dan hi l-card li għandek bżonn. Żommha qrib u aqbeż fuq l-ewwel karozza tal-linja.

Tista’ wkoll tuża din il-card għas-servizz ta’ billejl. Tista’ tużaha għal 12-il darba fi Vjaġġ Wieħed b’servizz ta’ binhar jew 6 darbiet fi Vjaġġ Wieħed b’servizz ta’ billejl, jew taħlita tat-tnejn.

Il-cards tagħna jistgħu jinxtraw mill-Uffiċċji tas-Sales and Information kollha tagħna u minn ħwienet ewlenin oħra, u jistgħu jintużaw mal-ewwel.

Agħfas hawn għal informazzjoni dwar minn fejn tista’ tixtri 12 Single Day Journeys Card.