Ivvjaġġa issa
Aqra iktar...
1,300 impjegat li jipprovdu servizz effiċjenti f’Malta u f’Għawdex li jkopri ’l fuq minn 30 miljun kilometru fis-sena.
Tul l-2015 investejna f’143 karozza tal-linja b’teknoloġija Euro 6, u qed nippjanaw biex matul l-2016 inżidu 33 karozza ġdida mal-flotta tagħna.
In-network tagħna issa tinkludi ’l fuq minn 2,000 waqfa madwar kważi kull lokalità u dan jippermettilna noffru mod faċli ta’ vjaġġar madwar il-gżejjer.
Qed intejbu s-servizz tat-trasport pubbliku billi nagħmluh aktar effiċjenti u ta’ min joqgħod fuqu.
Aktar minn 85% tal-passiġġiera jużaw it-tallinja card meta jivvjaġġaw bil-karozza tal-linja.
Permezz ta’ flotta effiċjenti u li tirrispetta l-ambjent, dawk li jagħżlu li jużaw it-trasport pubbliku jkunu qed jgħinu biex l-ambjent ikun aktar nadif u jnaqqsu n-numru ta’ vetturi fit-toroq.
Is-sigurtà hi fil-qalba ta’ kulma nagħmlu – mill-ispezzjonijiet tal-karozzi tal-linja u l-manutenzjoni, għas-sewqan ta’ kuljum tal-karozzi tal-linja tagħna
Nifhmu li klijenti differenti għandhom bżonnijiet differenti. Għalhekk nimpenjaw ruħna biex nipprovdu servizz faċli u komdu lill-klijenti kollha tagħna filwaqt li nagħtu l-opportunità li jivvjaġġaw lill-aktar nies possibbli.