Replacing your tallinja Card - Malta Public Transport

Kards mitlufa, skaduti, bil-ħsara

Jekk tagħmel ħsara jew titlef it-tallinja card tiegħek, tista’ tagħmel talba għal card oħra billi żżur wieħed mill-Uffiċċji Sales and Information tagħna bi ħlas ta’ tariffa amministrattiva ta’ €10.00 u tinħariġlek card ġdida dak il-ħin. Kwalsijasi bilanċ fuq il-card mitlufa jew misruqa għandu jiġi trasferit fuq il-card il-ġdida. Hu importanti li tirrapporta każijiet bħal dawn minnufih biex tnaqqas ir-riskju li l-card mitlufa tintuża minn ħaddieħor. Jekk tallinja card tiskadi, minħabba li l-utent ma jkunx iktar eliġibbli għal dik it-tip ta’ card, l-utent jista' jitlob card oħra minn kwalunkwe Uffiċċju tas-Sales and Information tagħna bi ħlas ta' €5.00 f'tariffa amministrattiva. 

Cards mhux personalizzati ma jistgħux jinbidlu u l-klijenti ma jingħatawx rifużjoni f’każ li jitilfu cards mhux personalizzati.