It- tallinja card għar-residenti f’Għawdex hi vjola u jista’ japplika għaliha kull min għandu l-indirizz tal-Karta tal-Identità Maltija tiegħu f’Għawdex.
Il-card hi personalizzata bir-ritratt tiegħek u b’ismek fuqha u tkun tista’ żżid il-kreditu fiha b’mod faċli.
Meta tuża t-tallinja card tiegħek tibbenefika minn nollijiet irħas milli meta tħallas fuq il-karozza tal-linja. Kull darba li titla’ fuq il-karozza kulma għandek tagħmel hu li tgħaddi t-tallinja card minn fuq il-magna tal-biljetti. In-noll ta’ kull vjaġġ ta’ 75 ċenteżmu jitnaqqaslek b’mod awtomatiku mill-kreditu disponibbli tiegħek sa massimu ta’ €26 fix-xahar jew €10 fix-xahar jew (servizzi ta’ billejl esklużi) jekk tivvjaġġa f’Għawdex.
Dan ifisser li ladarba tonfoq total tal-vjaġġi kollha tiegħek li jilħaq dan l-ammont partikolari, ma tħallasx aktar għal vjaġġi li tagħmel għall-kumplament ta’ dak ix-xahar. Daqshekk faċli. Aktar ma tivvjaġġa, aktar tiffranka!
Irreġistra għat-tallinja card tiegħek billi tagħfas hawn.